
![]() |
![]() |
The Scout Association of Malta | ![]() |
![]() |
![]() |
||||
| Naxxar Scout Group |
| The Group |
|
|
Il-Grupp ta' l-Iscouts fin-Naxxar beda' jifforma sa mill-1934, pero' minhabba nuqqas ta' finanzi kellhom jghaddu sentejn qabel ma gie nawgurat il-Grupp. Kien propju nhar il-Hadd 19 ta' Marzu 1936 meta quddiem il- Kurunell Edwards S.W.B. fil-pjazza principali tan-Naxxar twaqqaf dan il-moviment. Il-mohh wara' dan il-grupp kienu Luigi Spiteri u Lawrence Zerafa, filwaqt li l-ewwl G.S.M. (Group Scout Master) kien Salvatore Borg. Ta' min jghid ukoll li dan Salvatore qabel kien G.S.M. fil-grupp tan-Naxxar mexxa grupp ta' Scouts Maltin gewwa l-Eggittu. Tlett snin wara' l- ftuh tal-grupp inxtraw strumenti godda minn Francis Attard (id-19) biex il-grupp ikollu banda. Dawn inxtraw 9 liri u 19-il xelin u damu jithallsu 6 snin Fis-snin ta' wara l-gwerra l-iScouts fin-Naxxar baghta ftit mhux hazin ghall-fatt li gie zmien fejn bosta nies bdew jemirgraw lejn artijiet ohra, konsegwenza t'hekk in-numru ta' membriu nizel ghall- tnax. Kien f'dan iz-zmien ukoll fejn il-grupp biddel diversi drabi l-post fejn kienu jiltaqghu. Wara' snin twal ta' diffikultajiet il-grupp kellu jaghlaq il-bieb tieghu fil-bidu tas-snin sebghin. F'dan iz-zmien li l-grupp kien maghluq il- banda xorta wahda kienet tiehu sehem biex idoqq fil-Gimgha l-Kbira u lejliet il-festa' ta' Maria Bambina. Kien fil-31 ta' Awwissu ta' l-1982 meta' is-sur Ray Cassar rega' fetah ufficcjalment dan il-grupp, bl-ghajnunha ta' xi nies Naxxarin. Dan il-grupp ghandu madwar sittin membru maqsuma fi tlett sezzjonijiet Cubs, Scouts u Ventures, li lkoll huma mmexxija mill-G.S.L. Douglas J. Falzon flimkien mall-leaders l-ohra. Matul is-sena' jigu organizzati diversi attivitajiet fosthom insemmu hikes, weekend camps, hargiet kulturali, ikliet ghall-genituri, attivitajiet tal-bahar fis-sajf u ma' jistax jonqos il-camp tas-sajf. Information kindly gathered by Mr. Bruce Cortis |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||